Saturday, December 21, 2024

Ribelli Sirjani jgħidu li issa jinsabu ħielsa…. bil-President tas-Sirja jispiċċa jitlaq mill-pajjiż

Aqra wkoll

Bosta residenti f’Damasku ikkummentaw dwar l-istennija anzjuża dwar dak li kien qed jiġri fil-belt kapitali tas-Sirja matul il-lejl. Wara diversi sigħat ta’ rapporti ta’ ribelli li qed joqrob dejjem aktar, il-forzi ddikjaraw li issa Damasku jinsab “ħieles” mill-ħakkiem.

F’filmati li qed jiċċirkolaw fuq il-midja soċjali, juru nies jifirħu fit-toroq u jilqgħu lill-ġellieda ribelli, kif ukoll ħabsin jinħelsu mill-ħabs magħruf ta’ Saydnaya. F’kummen li ta lill-midja, wieħed mir-residenti qal li bħalissa jħossu megħlub wara tlettax -il sena tta’ tbatija u li issa kulħadd ħa n-nifs.

Resident ieħor li jgħix f’Damasku, li talab li jkun anonimu, qal lill-BBC: “Għall-ewwel darba, hemm sensazzjoni vera ta’ libertà”. Huwa ddeskriva ċ-ċelebrazzjonijiet fit-toroq u fi Pjazza Umayyad, bħala punt ta’ referenza fil-qalba ta’ Damasku, u dar għal aġenziji ewlenin tal-gvern, inkluż il-Ministeru tad-Difiża u l-Forzi Armati Sirjani.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport