L-attakkant ta’ 25 sena Riccardo Orsolini jixtieq iġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Bologna. Hu qed jaħseb biex jiffirma sas-sena 2030 minħabba li jinsab wisq għal qalbu ma’ dan it-tim min-naħa ta’ fuq tal-Italja. Jekk eventwalment jiffirma din l-estensjoni hu jkun għamel 12-il sena jilgħab fi Stadio dall’Ara.
Orsolini lagħab 201 logħba ma’ Bologna u skorja 61 gowl kemm ilu li ngħaqad magħhom fl-istaġun 2018/19. Aktar qabel kien jilgħab ukoll ma’ Ascoli, Atalanta u Juventus.