Riċerkatur qiegħed jisħaq li wasal għall-vera konklużjoni dwar il-mewta ta’ Adolf Hitler.
L-espert forensiku, il-Professur Klaus Puschel, ippubblika ktieb ġdid wara snin ta’ riċerka bbażata l-aktar fuq informazzjoni meħuda minn dokumenti sigrieti Russi tal-awtopsja, materjal arkivjat kif ukoll ritratti li qatt ma ħadd ma ra qabel dwar il-kranju ta’ Hitler.
Puschel qiegħed jisħaq li l-Fuhrer Nażist avvelena lilu nnisfu u mbagħad spara għal rasu mal-waqgħa tar-reich tiegħu. “M’hemm ebda dubju li Hitler ħa pillola tat-tip cyanide u ftit sekondi wara spara f’rasu b’Walther PPK,” insista dan il-Professur li kien ukoll il-Kap tal-Istitut għall-Mediċina Legali f’Hamburg.
Issa l-ktieb ġdid tiegħu mal-ġurnalista Bettina Mittelacher – “Der Tod geht uber Leichen” (Death Walks Over Corpses) juri evidenza “makabra” dwar il-mewt ta’ Hitler. Skont dan ir-riċerkatur u awtur Hitler kellu biss żewġ minuti ċans biex jieħu azzjoni wara li bela’ l-velenu u uża dawn iż-żewġ minuti biex jagħfas il-grillu.
“Il-mewt ta’ Adolf Hitler kienet konsegwenza tal-ħajja ta’ falliment li kellu – att finali ddisprat b’żewġ metodi fatali biex jiggarantixxi li jmut żgur”.