Saturday, November 23, 2024

Riċerkaturi jemmnu li d-Dexamethasone setgħet salvat ħafna ħajjiet fi żmien il-pandemija

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Mediċina rħisa u disponibbli fis-suq tista’ tgħin biex issalva l-ħajja ta’ pazjenti li huma serjament milquta mill-Coronavirus.

Skont esperti Ingliżi, it-trattament b’din il-mediċina huwa s-soluzzjoni li x-xjentisti kienu qed ifittxu biex tinstab kura għall-COVID-19. Mill-istudji li saru sa issa, din il-mediċina tnaqqas ir-riskju ta’ mewt b’terz għall-pazjenti fuq ventilatur, u b’20% għal dawk li jkunu fuq l-ossiġnu.

Riċerkaturi qalu li li kieku din il-mediċina kienet disponibbli fir-Renju Unit mill-bidu tal-pandemija, setgħet salvat sa 5,000 ħajja. Fid-dawl li hija rħisa, tista’ tkun ta’ benefiċċju kbir ukoll għal pajjiżi foqra li qed jitħabtu mat-tifrix tal-pandemija.

Il-Prim Ministru Boris Johnson iddeskriva id-dexamethasone bħala l-aqwa skoperta sa issa fil-ġlieda kontra l-virus.

Sport