Peress li konsistemenet irriżulta bħala l-iktar kawża ta’ mewt frekwenti, mhux biss f’Malta (fejn ikkaġuna 1,230 mewta fl-2021), iżda wkoll fuq livell mondjali ( fejn jikkaġuna 17.9 miljun mewta kull sena), il-mard tal-qalb kiseb attenzjoni kbira minn riċerkaturi madwar id-dinja. Madankollu, minħabba l-bosta kawżi ewlenin possibbli li jistgħu jwasslu għal dan il-mard, il-ġbir, is-sekwenzjar u l-analiżi taddejta rilevanti jirrekjedu ħafna xogħol.
Il-mard tal-qalb jinkludi kundizzjonijiet differenti li jaffettwaw il-qalb u l-vini u jikkostitwixxu tħassib serju għas-saħħa. L-attakki tal-qalb huma tip speċifiku ta’ mard tal-qalb u jiġru meta l-influss taldemm għall-qalb jiġi imblukkat, li jwassal għal danni fit-tessuti tal-qalb jew saħansitra l-mewt.
Anke b’terapiji attwali, sas-sena 2030, qed jiġi kkalkulat li kull sena, 23.6 miljun persuna se titlef ħajjitha minħabba din il-kawża. Minkejja riċerka fuq il-fatturi ġenetiċi, ta’ stili ta’ ħajja u ambjentali assoċjati mal-attakki tal-qalb, l-istrateġiji ta’ prevenzjoni għadhom limitati.
Barra minn hekk, ilpandemija tal COVID-19 wriet il-ħtieġa li jiġu identifikati b’mod iktar rapidu terapijii ġodda, vaċċini, u fatturi ta’ riskju għall-mard, hekk kif rajna x’effetti dawn jista’ jkollhom fuq il-ħajja tal-bniedem, issaħħa u l-ekonomija.
Grupp ta’ riċerkaturi stabbiliti f’Malta mill-Fakultà tax-Xjenzi Tas-Saħħa u ċ-Ċentru għall-Mediċina Molekulari u Biobanking fil-Università ta’ Malta, f’kollaborazzjoni ma’-kolleġi minn Leiden University Medical Center (LUMC), ġew mogħtija €4 miljun f’fondi għar-riċerka mill-UE permezz tad-Programm tal-UE Pathfinder tal-Kunsill għall-Innovazzjoni Ewropea biex iħejju proġett biex jiżviluppaw terapiji
ġodda u jgħinu fil-prevenzjoni mill-mard tal-qalb koronarju u l-konsegwenzi tiegħu.
F’dan il-proġett bl-isem ‘TargetMI: A Multi-Omics Approach for Novel Drug Targets, Biomarkers and Risk Algorithms for Myocardial Infarction’, rizultati minn ezaminazzjoni ta’ DNA, RNA, metaboliti u proteini fid-demm, kif ukoll informazjoni mill-Istudju Malti li jismu Maltese Acute Myocardial Infarction (MAMI) Study li sar fil-passat ser jintużaw biex jiġu skoperti u żvillupati medicini ġodda għall-prevenzjoni tal-attakki tal-qalb u testijiet biex nies li ghandhom riskju għoli jintagħrfu kmieni.
Ghal dan il-għan ser jkunu kruċjali l-analiżi ġenetika minn 1000 kampjun mill-Istudju MAMI flimkie ma’ għodod ta’ bjo-informatika diġà żviluppati tul il-proġett R&D tal-COVID-19 ‘TargetID: Novel Drug Targets for Infectious Diseases’ it-tnejn iffinanjati lokalment. Id-dettall u l-ammont ta’ informazzjoni xjentifika miġbura f’l-Istudju MAMI jagħmluh wieħed mill-aqwastudji dwar l-attakki tal-qalb fid-dinja u ghalekk huwa mistenni li jaghti frott b’titjib fil-kura u l-prevenzjoni ta’ attakki tal-qalb.
Il-Koordinatriċi tal-Proġett u l-Investigatriċi Prinċipali, il-Prof. Stephanie Bezzina Wettinger mill-Fakultà tax-Xjenzi tas-Saħħa tal-Università ta’ Malta u ċ-Ċentru għall-Mediċina Molekulari u Biobanking, qalet li l-istudju ġdid TargetMI jkompli jibni fuq il-ħidma preċedenti, jespandi d-data u jżviluppa aktar dawn l-għodod, li jgħinu biex jiġu identifikati possibilitajiet ta’ kuri ġodda, din id-darba għal-mard tal-qalb, b’mod iżjed rapidu u effettiv.
B’l-investiment li sar f’Malta, f’numru ta’ riċerkaturi esperjenzati u kwalifikati b’esperjenza f’diversi oqsma mediċi relatati, u bil-għajnuna finanzjarja sostanjali minn entitajiet lokali u internazzjonali bħall-Fond Ewropew ta’ Żvilupp Reġjonali, il-qasam mediku huwa iktar qrib li jgħin biex jiġu realizzati għanijiet ghal titjib fil-kura tas-saħħa żieda f’impjiegi u ħolqien ta’ industriji ġodda f’dan il-qasam.
Il-kors ta’ Masters fix-xjenza tall-Bijoinformatika fl-Università ta’ Malta u l-proġett BioGeMT tal-UE wkoll qed jattiraw studenti u esperti b’potenzjal kbir biex jappoġġaw dawn l- sforzi fil-qasam mediku.
Riċerkaturi oħra li jaħdmu fuq dan il-proġett ġdid jinkludu il-Prof. Rosienne Farrugia u l-Prof. Melissa Formosa mid-Dipartiment tax-Xjenza Bijomedika Applikata, fil-Fakultà tax-Xjenzi tas-Saħħa, il-Prof. Jean Paul Ebejer, u Dr. Panagiotis Alexiou, l-ERA Chair fil-Bijoinformatika fil-Ċentru għall-Mediċina
Molekulari u Biobanking fejn il-grupp se jkun lokalizzat.
Ir-riċerkaturi fl-Leiden University Medical Center se jkunu mmexxijja mill-Prof. Frits Rosendaal, Chairman tad-Dipartiment tal-Epidemjoloġija Klinika fil-LUMC, u se jinkludu lil Dr Bart JM van Vlijmen mid-Dipartiment tal-Mediċina Interna, Sezzjoni tat-Trombożi u Emostażi.