Wednesday, October 30, 2024

Rico Lewis isir l-iżgħar debuttant li skorja fil-UEFA Champions League

Aqra wkoll

Rico Lewis ta’ Manchester City sar l-iżgħar plejer fl-istorja taċ-Champions League li skorja fid-debutt tiegħu fir-rebħa ta’ 3-1 fuq Sevilla.

Iż-żagħżugħ ta’ 17-il sena u 346 jum kien fil-formazzjoni inizjali tat-team immexxi mill-coach, Pep Guardiola, minkejja li fil-passat ġie utilizzat fil-Premier League bħala sostitut.

Minkejja li kien fil-pożizzjoni ta’ difensur, fit-52 minuta huwa avvanza u kiseb id-draw biex imbagħad żewġ goals oħra minn Julian Alvarez u Riyad Mahrez issiġillaw ir-rebħa.   

Lewis kiser rekord ta’ Karim Benzema li skorja fid-debutt tiegħu fiċ-Champions League għal Lyon kontra Rosenborg, fl-2005, meta kellu 17-il sena u 352 jum.

Sport