Għada t-Tlieta ser iħallu Malta ħames riders tal-BMX Malta fejn ser jikkompetu fi Franza bejn it-18 u l-21 ta’ Mejju fil-Logħob tal-FISE fuq ix-xtut tal-Lez f’Montpellier fi Franza. Dawn huma Francesco Fenech Conti, Zac Zammit, David Aldana, Julian Gonzalez u Mathias Mangion.
Dan il-Festival Internazzjonali tal-Isports Estrem (FISE) huwa wieħed mill-aktar avvenimenti epiċi ta’ sport ta’ azzjoni fid-dinja. Dan il-festival jiġbor flimkien l-aqwa riders minn madwar id-dinja għal avveniment wieħed massiv li jaf il-bidu tieghu fl-1997. Kull sena, kważi 2,000 atleta jikkompetu f’dixxiplini bħal skateboard, BMX Freestyle, skateboarding tat-triq, mountain bike, wakeboard u inline skate, BMX flatland, parkour u break dance. Dan huwa t-tieni l-akbar avveniment sportiv b’xejn fi Franza wara t-Tour de France.