Id-Deputat Nazzjonalista Herman Schiavone staqsa lill-Ministru għall-Intern, jekk hux kunfidenti mill-ilbies protettiv li għandhom il-Pulizija u li qed jinfurzaw il-liġi dwar gruppi ta’ persuni.
Il-Ministru Byron Camilleri wieġeb li “dawk li qegħdin fuq quddiem fil-ġlieda qed ipoġġu lilhom f’riskju. Ridna naraw li jinagħtalhom l-ibies protettiv kollu rakkomandat. Mhux biss il-Pulizija imma anke l-forzi tal-ordni kollha.”
Tenna li “ħarġu linji gwida biex ċerti rapporti ma jsirux fl-għases imma jsiru online u hemm rapporti oħra li jistgħu jsiru permezz tat-telefon.” Spjega li dan sar biex jinqata’ l-kuntatt dirett fl-għases.
Dwar l-ispezzjonijiet li qed isiru f’postijiet pubbliċi qal li “l-ispezzjonijiet għadhom għaddejjin”.