Tuesday, December 30, 2025

“Ridt niħodlu l-arma minn idu biex inwaqqfu milli joqtol aktar nies” 

- Ahmed al-Ahmed, li rreżista wieħed mill-aggressuri f’Bondi Beach

Aqra wkoll

Ahmed al-Ahmed, li rnexxielu jneħħi l-arma minn fuq wieħed miż-żewġt irġiel waqt l-isparatura f’Bondi Beach, fl-Awstralja, qal li huwa ried li jwaqqaf lill-aggressur milli joqtol lin-nies innoċenti. “L-intenzjoni tiegħi kienet biss li niħodlu l-arma u nwaqqfu milli joqtol aktar persuni,” qal Ahmed, li huwa mwieled is-Sirja, f’intervista ma’ CBS News. 

Kien fl-14 ta’ Diċembru li għadda meta raġel u ibnu fetħu n-nar fuq din il-bajja f’Sydney, fejn inqatlu 15-il persuna u sfaw midruba 42 oħra. Il-pulizija kienu ddeskrivew dan il-każ bħala “attakk terroristiku”. 

Ahmed ġie mfaħħar għall-kuraġġ li wera meta qabeż fuq wieħed miż-żewġ persuni li bdew jisparaw f’Bondi Beach. Huwa qal li ma kien qed jinkwieta fuq xejn aktar ħlief li jsalva l-ħajjiet tan-nies. “Naf li salvajt ħafna imma jiddispjaċini għal dawk li mietu.”

Filmat li ċċirkola fuq il-midja soċjali juri lil Ahmed jistaħba wara karozza u mbagħad jaqbeż fuq l-aggressur fejn jidher jissielet miegħu biex ineħħilu l-arma minn idejh.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport