Saturday, June 28, 2025

Riesaq lejn tmiemu l-ġuri dwar il-qtil tat-Tabib Chris Pandolfino u Ivor Maciejowski

Aqra wkoll

Riesaq lejn tmiemu l-ġuri dwar il-qtil tat-Tabib Chris Pandolfino u Ivor Maciejowski. Il-ġuri beda f’nofs Ġunju u fih l-Albaniż Daniel Muka u l-Maċedonjan Viktor Dragomanski qed jiġu mixlija bil-qtil doppju li kien seħħ f’Tas-Sliema fit-18 ta’ Awwissu ta’ ħames snin ilu. Ilbieraħ, l-Imħallef Natasha Galea Sciberras bdiet l-indirizz tagħha lill-ġurati.

Fl-indirizz tagħha lill-ġurati, l-Imħallef spjegat li Muka hu akkużat b’9 kapi t’akkuża u Dragomanski bi 3. Qalet li l-fatt li Muka ma kienx preżenti fl-awla ma jridx jwassal għal preġudizzju kontrih. Kompliet tgħid li Muka ilu min-Novembru tal-2023 jirrifjuta li jkollu avukat tal-għajnuna legali. Spjegat lill-ġurati l-importanza ta’ dak li raw u semgħu matul il-ġuri, fosthom xhieda u dokumenti minn esperti u xhieda li ttellgħu fil-każ.

L-Imħallef Galea Sciberras mistennija tlesti l-indirizz tagħha lilll-ġurati s-Sibt filgħodu biex imbagħad jintbagħatu jiddeliberaw il-verdett fil-każ li fih jinsabu akkużati Daniel Muka u Viktor Dragomanski.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport