Il-Ħelsien sħiħ ta’ Malta jagħżel il-poplu qabel l-armi qerrieda tal-gwerra. Ħelsien li jissarraf f’paċi u sliem, permezz ta’ libertà b’responsabbiltajiet ta’ poplu matur, fejn il-fidi tal-kotra fl-imħabba tizamm ħajja għal kull żmien
Ħajja fejn il-kotra tgħix b’dinjità, mingħajr it-tixrid tad-demm tal-gwerer. Bl-istess mod, l-Irxoxt ta’ Kristu juri li l-imħabba tirbaħ fuq il-mibegħda u l-mewt.
It-tifsira hi li t-triq vera hi dik ta’ ħajja ġdida fil-paċi u s-sliem — ħajja lil hinn minn kull forma ta’ kundanna. Ħajja fejn il-bnedmin ikunu għorrief biżżejjed biex jagħżlu azzjonijiet li jġibu l-ġid u mhux il-ħsara jew il-kundanna.
Mintoff.
Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ħelsien sħiħ ta’ pajjiżna, filwaqt li jseddqu l-għażla storika ta’ ġensna li fuq quddiem nett jagħżel il-paċi qabel l-armi qerrieda tal-gwerra, iġibu magħhom rabta sħiħa mal-antenati tagħna li mexxew din il-kisba sal-għolja tal-Ħelsien.
Sew ma’ KMB u ma’ Mintoff, bqajt dejjem fdat dwar dak kollu li jikkonċerna l-ordni tal-politika barranija wara li irtiraw minn mexxejja tal-Partit.
Sa mill-2007, Mintoff kien jibgħatni b’messaġġi għand Gaddafi li l-Amerikani kienu qed jipjanaw biex joqtluh u jħarbtu dak kollu li bena b’tant sagrifiċċju għall-poplu Libjan u l-istabbiltà ekonomika fir-reġjun tal-Mediterran.
Mintoff kien jafdani u jibgħat miegħi wkoll kif l-aħjar lil Gaddafi jindirizza din is-sitwazzjoni. Fosthom li jagħmel ftehim mal-Lhud u jibda paġna ġdida, biex il-Libja tkompli taħdem għall-paċi fir-reġjun u lil hinn.
Fejn kien possibbli kont ukoll nersaq qrib il-Lhud dwar dan. Gaddafi u l-poplu Libjan għaddew minn dak li stqarr Mintoff, u jidher li l-Lhud, imiss hekk, mhux se jibdlu triqthom.
Il-ħarsa ta’ Gaddafi f’għajnejja u t-tbissima ferħana ta’ Mintoff li qed inservih baqgħu ħajjin fija. Illum jinsabu flimkien quddiem Alla u aktar fil-qlub tagħna, li nħossu u nemmnu li l-ħelsien sħiħ jagħżel il-popli qabel l-armi u l-gwerra.

