Saturday, December 21, 2024

Riforma fis-swieq tal-beraħ li se tagħti għodda ġdida lill-bejjiegħa

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Intant fil-parlament beda jiġi diskuss l-abbozz ta’ liġi li jemenda l-att dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ. Fost spjegazzjoni dettaljata l-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija Silvio Schembri tkellem dwar il-limitazzjonijiet tal-liġi preżenti fejn jidħol trasferiment.

Il-Ministru Schembri qal li l-Ministru responsabbli mill-Kummerċ se jkollu s-saħħa li jirregola u b’hekk din il-liġi, wara diskussjoni profonda mal-istess bejjiegħa se tinġabar l-informazzjoni biex jinqatgħu ċertu illegalitajiet filwaqt li jiġu rregolarizzati l-bejjiegħa. Il-Ministru għamilha ċara li dawk il-bejjiegħa li ilhom snin jarmaw, b’mod li minħabba li l-liġi ma kinitx tippermetti kienu qegħdin f’xi forma ta’ nuqqas, il-gvern mhuwiex se jkun qiegħed jintervjeni biex jittermina, iżda se jiġu identifikati n-nuqqasijiet u se ssir kampanja edukattiva. Fost obbligazzjonijiet oħra, mhux se jkun possibbli li bejjiegħa jarmaw u jħallu ħmieġ jew imbarazz warajhom u b’hekk dik il-parti trid tiġi mħarsa mill-bejjiegħ konċernat.

Il-Ministru qal li se jkun hemm unit apposta li se jkun qiegħed iħares in-nuqqasijiet, jiġbed l-attenzjoni u fejn l-individwi jonqsu milli jikkonformaw se jkunu qegħdin isiru r-rapporti li jistgħu jwasslu għal sanzjonijiet rispettivi.

L-għan ta’ dan l-abbozz ta’ liġi se jkun li jemenda l-att tal-liċenzji tal-kummerċ u li jippermetti li l-Ministru li jippreskrivi regolamenti relatati għat-trasferiment tal-awtorizzazzjoni ta’ spazji tal-posta tal-bejjiegħa tas-swieq u regolamenti relatati ma’ azzjonijiet li jistgħu jittieħdu biex jiġu mħarsa l-obbligi tal-individwi.

Schembri sostna li dan is-settur ilu jibki li jiġi organizzat sew u għalhekk hemm bżonn li dawn in-nies jingħataw l-għodda neċessarja biex ikunu jistgħu jitrasferixxu l-liċenzja u l-post tagħhom. 

Ekonomija

Sport