Saturday, October 26, 2024

Riformi favur ippjanar aħjar, il-wirt storiku u tħaddir fil-lokalitajiet

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-ġimgħa li ghaddiet kienet waħda impenjattiva għall-Ministeru għall-Ambjent, partikolarment fil-qasam tal-Ippjanar. Ġew imnedija u aġġornati numru ta’ riformi u azzjonijiet biex jilħqu l-ambizzjonijiet ambjentali u jindirizzaw it-thassib tal-poplu Malti u Għawdxi. Dawn ir-riformi jinkludu bidliet fid-Development Planning Fund, il-publikazzjoni ta’  linji gwida ċari għall-integritá viżwali ta’ bini skedat u l-protezzjoni ta’ monumenti u t-tnedija ta’ forum konsultattiv għall-Ippjanar Intelliġenti. Din il-ġimgħa ukoll, is-sit storiku ta’ Villa Frere ingħata l-għola livell ta’ protezzjoni mill-Awtorita’ tal-Ippjanar. 

Dwar it-tħaddir tad-Development Planning Fund

It-tħaddir tad-Development Planning Fund fost it-tibdil li kien hemm f’dan il-fond jinkludu li l-proġetti ambjentali fuq l-art u fil-baħar f’żoni urbani, għall-ewwel darba, ser ikunu eliġibbli għal finanzjament ta’ 100%. Dan il-finanzjament jiżdied għal-105% jekk il-benefiċjarju jagħmel xogħol ta’ ħitan vertikali ħodor li jħarsu fuq spazji pubbliċi. L-inizjattiva “Sebbaħ il-Lokal” ser tiġi estiża minn April 2020 għal Diċemmbru 2022. Għall-ewwel darba l-Kunsilli Lokali  ser ikollhom żieda fis-sigurtà tal-fondi tagħhom, fejn il-fondi ser jmorru direttament għall-proġetti tagħhom. Għaqdiet non-Governattivi u benefiċjarji oħrajn li m’humiex Kunsilli Lokali ser ikollhom 20% tal-fondi tagħhom ring-fenced għall-proġett tagħhom.

Apparti dan kull Kunsill Lokali ser jiżdiedlu l-limitu massimu ta’ fondi minn €5 miljuni għal €7 miljuni sabiex itaffi l-effetti tal-iżvilupp urban f’dawn il-lokalitajiet u jippromwovi l-iżvilupp ta’ infrastruttura ambjentali. Miżura bħal din tagħmel tajjeb sabiex ittaffi l-effetti tal-iżvilupp f’ċertu lokalitajiet. 

Integritá viżwali ta’ bini skedat u l-protezzjoni ta’ monumenti

Issa permezz ta’ linji gwida ċari meta jsir assessjar mid-Direttorat għall-Ippjanar fuq applikazzjonijiet ta’ żvilupp li jinsabu viċin ta’ bini skedat jew monumenti, id-Direttorat għandu jara waqt l-istadju ta’ screening li l-iżvilupp mhux qed isir fil-viċinanza ta’ bini skedat, jagħmel assessjar dettaljat fuq l-impatt tal-iżvilupp propost fuq il-bini protett u jidentifiki miżuri ta’ mitigazzjoni li jistgħu jittieħdu. Dan il-proċess ta’ assessjar irid jiġi sustanzjat b’rakkomandazzjonijiet mis-Sovrintendenza għall-Wirt Kulturali (SCH). Malli l-kuntest jiġi stabbiliti fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-SCH, l-applikant jintalab jipprovdi inventarju fotografiku dettaljat flimkien ma’ “character appraisal” lid-Direttorat tal-Ippjanar.

Forum Konsultattiv Ġdid fuq l-Ippjanar Intelliġenti

Din il-ġimgħa ukoll tħabbret it-tnedija tal-Forum Konsultattiv għall-Ippjanar Intelliġenti, li se jkun qed jiġbor flimkien numru ta’ stakeholders fil-qasam tal-kostruzzjoni, l-ippjanar u l-ambjent. L-għan aħħari se jkun li joħroġ bi proposti medium u long-term f’oqsma li jeħtieġu attenzjoni immedjata u b’rispett sħiħ lejn il-kunċett ta’ ippjanar intelliġenti f’pajjiżna.

 F’kummenti ma’ dan is-sit, il-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia saħaq li “tul l-aħħar ġimgħat smajna kemm il-darba li l-ekonomija mhux se tibqa l-istess kif kienet qabel il-pandemija tal-COVID-19. Dan is-sentiment ġie diskuss minn diversi esperti, stakeholders, akkademiċi, nies fin-negozju u l-poplu sija fuq bażi lokali u anki dik internazzjonali. Jidher li l-messaġġ aħħari huwa wieħed ta’ tama filwaqt li qed tintalab bidla.”

Sport