Thursday, November 14, 2024

Rifużjoni lill-Pompi tal-Petrol wara roħs ta’ €0.07 fuq kull litru ta’ petrol u dijżil

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Kif ħabbar il-Gvern, permezz ta’ Avviż għall-istampa fit-8 ta’ Ġunju 2020, il-prezz tal-fuel, mill-15 ta’ Ġunju 2020, qed jorħos b’7 ċenteżmi (seba’ centeżmi) permezz ta’ roħs fit-taxxi fuq dawn il-prodotti.

B’hekk, l-istokk ta’ unleaded petrol u gasoil f’kull pompa tal-fuel, f’nofsillejl tal-Ħadd, 14 ta’ Ġunju 2020, hu suġġett għal rifużjoni ta’ 7 ċenteżmi (seba’ ċenteżmi) kull litru.

Kull pompa ta’ fuel għandha tibgħat lil min jissuplixxiha t-talba għal rifużjoni fuq dan l-istokk.

Talbiet għal rifużjoni li ma jkunux verifikati u ffirmati mir-Regolatur (REWS, Regulator for Energy & Water Services) ma jiġux ipproċessati.

Ekonomija

Sport