Nhar l-Erbgħa 16 ta’ Diċembru ċ-ċelebrazzjoni maġika ddedikata għat-tixrid tal-imħabba, il-ferħ, u l-ġenerożità f’dan l-istaġun festiv tal-Milied, minħabba il-maltemp din l-attività li kelli tiġi organizzata fil-ġonna tal-Ville Rundle ġiet trasferita għas-sala ta’ l-iskola primarja l-ġdida magħrufa bħala Happy School tal-belt Victoria fi Triq ir-Repubblika, Rabat, Għawdex, fejn il-melodija ta’ ġenerożità ta’ tama u ferħ dehret mhux biss fuq wiċċ it-tfal izda ukoll fost il-kbar.

Id-daqq ta’ mużika u christmas carols b’vuċijiet ferrieħa tat-tfal ħolqu atmosfera sabiħa ta’ żmien il-Milied. It-tfal prezenti iltaqgħu ma’ karattri ferrieħa bħal Minnie, Mickey, u Father Christmas fejn setgħu jieħdu ritratti magħhom bħala tifkira.
Dawk li ġabu magħhom rigali mill-qalb telgħu fuq il park u ppreżentaw ir-rigal li ġabu magħhom lil Dr. Lydia Abela, mart il-Prim Ministru tal-poplu Malti, u lil Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri.

Dawn ir-Rigali B’Imħabba jittieħdu Malta biex jitpoġġew ma’ oħrajn taħt is-siġra tal-Milied li tinsab f’Pjazza Kastilja sa’ 19 ta’ Diċembru. Wara jibdew jibdew jitqassmu u jgħinu lil dawk it-tfal li sfortunatament minħabba ċ-ċirkostanzi li jinsabu fihom ma jistawx jirċievu rigal nhar il-Milied. Il-ħsieb wara din l-attività mhux ir-rigal innifsu imma li kull tifel u tifla jħoss il-ferħ li jġib il-Milied, it-twelid ta’ Ġesu Bambin.
Din l-attività ta’ ġenerożità tal-poplu Malti u Għawdxi tiġi organizzata kull sena fil-xahar tal-Milied u ilha issir għal dawn l-aħħar sitt snin fejn ta’ kull sena qiegħda tkompli tikber u tinfirex f’kull rokna tal-pajjiż, illum dan l-avveniment jidher li sar wieħed nazzjonali.
Fl-edizzjoni ta’ din is-sena, Regali B’Imħabba, nvolviet ukoll is-sehem attiv tal-Kunsilli Lokali, u anke l-iskejjel madwar Malta u Għawdex.
Din is-sena hija waħda speċjali għax qed tiffoka wkoll fuq il-ġbir ta’ ikel u prodotti għall-annimali abbandunati, ispirata mill-imħabba ta’ Jake Vella lejn l-annimali.


