Friday, October 24, 2025

Riħ qawwi fi New Zeland iħalli għexieren ta’ eluf ta’ persuni bla dawl

Aqra wkoll

Riħ qawwi fi New Zealand ħalla minn tal-inqas 90,000 residenza mingħajr elettriku u wassal biex l-awtoritajiet jikkanċellaw aktar minn 100 titjira. Skont is-servizz meterjoloġiku tal-pajjiż, ir-riħ affettwa l-aktar in-naħa t’isfel tal-pajjiż. 

L-awtoritajiet ta’ New Zealand ħarġu wkoll twissija ħamra – l-akbar livell ta’ allarm – fir-reġjuni taċ-ċentru li jinkludu Canterbury u Wellington. Huma wissew ukoll dwar xita qawwija f’South Island. 

Rapporti qalu li f’diversi postijiet xi soqfa ta’ djar inqalgħu minn posthom filwaqt li siġar u arbli tad-dawl spiċċaw f’nofs ta’ triq. Qed ikun irrapportat ukoll li f’Wellington, raġel tilef ħajtu wara li ntlaqat minn zokk ta’ siġra. 

Ir-residenti qed ikunu mitluba biex jibqgħu ġewwa djarhom u jevitaw milli jivvjaġġaw filwaqt li kien mistenni li jintlaqtu minn aktar qtugħ ta’ dawl.

Dan il-qtugħ ta’ dawl jidher li qed jaffettwa l-aktar lil residenzi f’South Island, għalkemm l-awtoritajiet sostnew li l-provvista tal-elettriku reġgħet bdiet ġejja lura bil-mod. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport