Thursday, July 31, 2025

Riħa ta’ drenaġġ fi triq ewlenija Għawdex

Aqra wkoll

Ilni għal ħafna ġimgħat, jekk mhux xhur, ninnota li fit-triq ewlenija li twassal għar-Rabat Għawdex, eżattament qrib il-kumpless ta’ RS2 Gozo Xewkija, ikun hemm riħa qawwija ta’ drenaġġ. Sadattant ma jkunx hemm xi fawran minn xi tappieri, imma r-riħa qawwija, u tkun fuq medda ta’ ftit metri.

Kull darba nittama li nara li jkun qed isir xi ħaġa dwar dan. Kull darba nistaqsi lili nnifsi: possibbli li ebda Ministru Għawdxi li jgħaddi minn hawn ma jinnota dan? Possibbli li qatt ma daħal xi rapport dwar dan għand l-awtoritajiet konċernati? 

Mhux l-ewwel darba wkoll, imma mhux b’mod konsistenti daqshekk, ikun hemm l-istess riħa ftit bogħod, eżattament ħdejn ir-roundabout li hemm ftit bogħod mill-istess post kif iddur biex titla’ t-telgħa li twasslek lejn l-Isptar Ġenerali, fejn hemm zebra crossing.

Jista’ xi ħadd responsabbli jieħu nota ta’ dan?

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport