Sunday, December 22, 2024

Rikonoxximent tal-GWU fl-Awtorità Maltija Dwar il-Logħob

Aqra wkoll

It-Taqsima Professjonisti Finanzi u Servizzi  fi ħdan il-General Workers Union ingħatat ir-rikonoxximent ewlieni tal-ħaddiema fl-Awtorità Maltija Dwar il-Logħob.

Dan ir-rikonoxximent ewlieni ġie mogħti wara li l-proċess ta’ verifika magħmul mid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg ikkonkluda li l-maġġoranza tal-ħaddiema fi ħdan din l-Awtorità daħlu membri.  Issa li għandha dan ir-rikonoxximent, it-Taqsima minnufih se tibda taħdidiet mal-Awtorità  għal ftehim kollettiv ġdid li jkopri lill-ħaddiema kollha. Fhehim kollettiv li se jwassal għal titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ dawn il-ħaddiema fosthom tal-pakkett finanzjarju.

Is-segretarju tat-taqsima s-Sinjura Riccarda Darmanin tirringrazzja lill-ħaddiema għall-fiduċja li wrew fil-General Workers Union u tħeġġeġ biex il-ħaddiema li għadhom mhux membri jingħaqdu mas-sħabhom biex hekk tikber il-preżenza tal-Union f’dan il-post tax-xoghol.

Ekonomija

Sport