Wednesday, December 25, 2024

Rikostruzzjoni mill-ġdid ta’ Triq it-28 ta’ April, il-Qala, Għawdex

Aqra wkoll

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri żar ix-xogħlijiet li saru fi Triq it-28 ta’ April, il-Qala. F’din it-triq prinċipali saru mill-ġdid is-sistemi tad-drenaġġ, tal-ilma u tal-elettriku liema servizzi jgħaddu proprju minn taħt din t-triq, partikolarment tad-dawl li jissupplixxu l-bqija ta’ Għawdex. Apparti dan, ġie estiż in-network tal-istorm water culvert sabiex ittaffi l-għargħar li kien jgħarraq Pjazza San Ġużepp u t-toroq tal-madwar.

Din it-triq hija proprju t-triq prinċipali li mir-raħal tal-Qala tieħdok lejn il-bajja ta’ Ħondoq ir-Rummien.

Il-Ministru Clint Camilleri stqarr li t-tip ta’ infrastruttura li ntużat f’din it-triq taħseb għad-domanda li qed tiżdied. “Ix-xogħol li sar f’din it-triq ma jikkonsistix biss fl-asfalt iżda jinkorpora ppjanar sostenibbli sabiex inkomplu ntejbu l-kwalità tal-ħajja tar-residenti, din id-darba Qalin,” tenna l-Ministru Camilleri.

Min-naħa tiegħu, is-Sindku tal-Qala Paul Buttigieg irringrazzja lill-Ministeru għall-ħidma li saret sabiex titranġa din it-triq kemm għar-residenti kif ukoll għal kull min jagħmel użu minnha.

Il-Ministru Clint Camilleri temm jgħid li l-ħidma infrastrutturali se tissokta u tintensifika madwar Għawdex sabiex ikun hawn aktar toroq siguri u ta’ livell li jixraq lill-Għawdxin u lil kull min iżur il-gżira.

Ekonomija

Sport