Saturday, October 26, 2024

“Ripetutament qaltli kemm qed tieħu pjaċir tkun f’pajiiżna”

Il-Ministru Owen Bonniċi

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

‘Ripetutament qaltli kemm qed tieħu pjaċir tkun f’pajjiżna”. Dan sostnieh ma’ Talk.mt, il-Ministru Owen Bonniċi meta mitlub jikkummenta dwar l-aħħar żjara li għamlet ir-Reġina Eliżabbetta II f’pajjiżna, peress li hu qatta ħin sostanzjali magħha fi żjara li hi kienet għamlet f’Bighi.

Il-Ministru Bonniċi qalilna li “iltqajt darbtejn magħha, darba Malta u darba l-Ingilterra. Fejn tidħol iż-żjara f’Malta, fl-aħħar żjara kien hemm fil-programm żjara fil-binja ta’ Heritage Malta f’Bighi. Kienet ġiet flimkien mar-raġel id-Duka ta’ Edinburgh. Meta ltqajt ma-Reġina laqtitni ħafna l-umiltà tagħha. Il-laqgħa damet mhux ħażin għax dawwarnieha mal-binja kollha u wrejnieha xogħol ta’ restawr fuq il-pitturi. Kienet simpatika mmens. Persuna li tieħu gost titkellem magħha u tieħu gost fil-preżenza tagħha”.

Jgħid li “niftakar konna ippreparajna numru ta’ kwadri li juru membri tal-familja rjali mejtin birex nuruhomlha. Kont se ngħidilha din hi pittura ta’ dak, imma hi lanqas kienet ittini ċans ngħidilha x’jismu l-persunaġġ. Dan għax hi kienet bdiet tgħidli dak tal-kwadru min hu.”

“Ngħid li kienet  enerġika ħafna minkejja l-età. Meta urejnihom il-veduta sabiħa ta’ Bighi in-naħa tal-Port  il-Kbir, stajt nara l-apprezzament tagħha għas-sbuħija ta’ pajjiżna. Kienet qaltli ripetutatment kemm qed tieħu pjaċir tkun f’pajjiżna u bis-sħbuija tal-pajjiż. Anke fil-kelmtejn tal-okkażjoni, kienu kliem pożittiv immens. Bqajt niftakarhom għax meta jkollok kap ta’ stat bħal mhi r-regina tfaħħar ix-xogħol u lil pajjiżna fil-ħidma biex nipproteġu l-wirt storiku, dan ma tinsiehx u żżommu miegħek ħajtek kollha.”

‘Innutat l-iżviluppi fil-Port il-Kbir saħansitra aktar minni” – l-eks Ministru Leo Brincat

Tkellimna ukoll mal-eks Ministru Leo Brincat, fejn dan qalilna li fl-aħħar żjara li hi għamlet f’pajjiżna fis-sena 2015, “jien kont għedtilha tant iħobbuk il-Maltin li jekk toħroġ għall-elezzjoni jivvutawlek il-Maltin kollha. Impressjonatni li nnutat l-iżviluppi fil-Port il-Kbir saħansitra aktar minni!”

Sport