Sunday, December 22, 2024

Rispons qawwi fi ftit minuti mill-ftuħ tal-iskema Restawra Darek

Aqra wkoll

L-iskema Irrestawra Darek irċeviet rispons tajjeb ħafna mill-applikanti fi ftit minuti mit-tnedija tagħha. Bħala riżultat, il-kategorija għal sidien ta’ residenzi privati li jinsabu f’Żona ta’ Konservazzjoni Urbana (UCA) ingħalqet minħabba domanda kbira u dħul ta’ numru konsiderevoli ta’ applikazzjonijiet. Għal din il-kategorija ġew allokati €4 miljun mill-baġit ta’ €5 miljun li kienu allokati għal din l-iskema. Il-proċess ta’ evalwazzjoni se jibda dalwaqt. 

Din l-iskema issa tinsab fir-raba’ edizzjoni tagħha u għandha l-għan li tirriġenera l-inħawi ta’ Konservazzjoni Urbana madwar Malta u Għawdex filwaqt li tippromwovi investiment fir-restawr, il-konservazzjoni, u l-manutenzjoni tal-wirt mibni ta’ pajjiżna. 

L-Awtorità se tirrimborża x-xogħlijiet kollha eliġibbli ta’ restawr imwettqa, li ma jaqbżux l-ammont il-€11,000, għal residenzi f’UCAs. 

L-iskema għal proprjetajiet residenzjali skedati Grad 1 u 2, b’baġit ta’ €1 miljun ser tiftaħ nhar it-Tlieta, 6 ta’ Ġunju, 2023. 

Ekonomija

Sport