Saturday, December 21, 2024

Rispons qawwi għall-ħruġ ta’ bonds tal-BOV

Aqra wkoll

Il-Bank of Valletta għadu kif ħabbar l-għeluq tal-bonds subordinati mhux garantiti ta’ €100 miljun 5% (2029-2034). Il-Ħruġ tal-Bonds kien sottoskritt bis-sħiħ fi ftit jiem mit-tnedija tiegħu fis-suq, bir-rispons kbir tal-pubbliku li rriżulta li l-Bonds ġew sottoskritti żżejjed.

F’kumment dwar is-suċċess tal-Ħruġ ta’ Bonds tal-Bank, iċ-Chairman Dr Gordon Cordina stqarr, “Din il-kisba timmarka pass ieħor importanti għall-Bank of Valletta u tenfasizza l-fiduċja li għandhom kemm l-investituri kif ukoll il-pubbliku f’dan il-Bank. Tali appoġġ jagħtina l-fiduċja li nkomplu fil-vjaġġ tagħna biex inwasslu tkabbir sostenibbli għall-Bank u noffru valur fit-tul lill-partijiet interessati kollha tagħna.

Il-Kap Eżekuttiv Kenneth Farrugia qal li “Din it-tħabbira tikkonferma l-viżjoni strateġika u l-isforzi kontinwi tagħna biex insaħħu l-kapitali tal-Bank, li se jappoġġja t-tkabbir tan-negozju fis-snin li ġejjin. Din kienet l-akbar ħruġ ta’ Bonds li qatt saret fis-suq domestiku u l-parteċipazzjoni ta’ investituri kemm istituzzjonali kif ukoll personali hija konferma tal-fiduċja li jgawdi l-Bank fis-suq. Nixtieq nieħu din l-opportunità biex nesprimi l-apprezzament sinċier tiegħi lill-investituri kollha li fdawna bil-fiduċja tagħhom, kif ukoll lill-impjegati tal-Bank li jagħtu prijorità bla heda lill-klijenti, lill-azzjonisti u lil partijiet interessati oħra f’dak kollu li nagħmlu.”

Ekonomija

Sport