L-anzjana ta’ 75 sena li tilfet ħajjitha traġikament wara li waqgħet minn gallarija ġiet identifikata bħala Rita Azzopardi.
Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-7:15 p.m fi Triq is-Sebħ Birżebbuġa.
Fil-post issejjaħ immedjatament tim mediku mill-isptar Mater Dei flimkien ma ħaddiema tas-salvataġġ mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Minkejja l-isforzi kollha l-anzjana ġiet ċċertifikata mejta fuq il-post.
Skont l-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-anzjana tilfet ħajjitha wara li ġġarrfet il-gallerija tar-residenza tagħha.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Doreen Clarke li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.