Hekk kif Barcelona jinsabu pass bogħod milli jirbħu La Liga fi Spanja, id-diriġenti Katalani qed jaħsbu sabiex iġibu skorer prolifiku ieħor sabiex b’xi mod iserrħu ftit lil Robert Lewandowski li lagħab ħafna mil-logħob tat-tim.
Id-diriġenti tal-Blaugrana qed jaħsbu sabiex iġibu lura lil Pierre Emerick Aubameyang li matul is-sena 2022 kien jilgħab magħhom. Minkejja kollox, matul dan l-istaġun hu ngħaqad ma’ Chelsea għalkemm ftit irnexxielu jsib ix-xibka hekk kif kellu biss is-sodisfazzjon ta’ gowl wieħed biss.