Friday, October 11, 2024

Ritorn tal-ħolm għal Cristiano Ronaldo ma’ Man Utd

Aqra wkoll

L-attakkant, Cristiano Ronaldo, kellu ritorn tal-ħolm ma’ Manchester United fil-Premier League Ingliż wara li reġa’ ngħaqad magħhom wara 12-il sena, meta skorja doppjetta fir-rebħa ta’ 4-1 fuq Newcastle United.

Bla dubju huwa kien l-eroj tal-United meta skorja ż-żewġ goals fil-45 u fit-62 minuta, bil-kompatrijott tiegħu Bruno Fernandes (80) ikabbar l-iskor biex Jesse Lingard (91) issiġilla r-rebħa għar-Red Devils.

Javi Manquillo (56) kiseb id-draw momentarju għall-Magpies. 

Sport