Wednesday, April 24, 2024

“Ritratt ta’ politika li rridu naraw f’pajjiżna… Aħna lkoll aħwa Maltin”

Aqra wkoll

Mindu llum ngħatat l-aħbar li Roberta Metsola ġiet eletta bħala President tal-Parlament Ewropew, bosta kienu dawk li ferħulha fosthom l-ogħla awtoritajiet f’pajjiżna. 

Fost l-oħrajn fl-aħħar sigħat spikka ritratt li kien qed jiċċirkola fuq il-midja soċjali fejn fih jidhru l-Prim Ministru Robert Abela u Metsola hekk kif ilbieraħ filgħaxija iltaqgħu waqt ċerimonja li fiha ġiet imfakkra l-memorja ta’ David Sassoli.

Filwaqt li ppubblika dan ir-ritratt, is-Sindku tal-Mellieħa Dario Vella rrikonoxxa l-fatt li r-ritratt forsi ma jinżilx tajjeb ma’ kulħadd iżda sostna li dan huwa ritratt ta’ politika li rridu naraw f’pajjiżna. 

Qal li minkejja ma jaqblux politikament, fl-aħħar mill-aħħar ilkoll nirrappreżentaw bandiera waħda – il-bandiera Maltija – u qal li aħna lkoll aħwa Maltin.

Vella temm billi awgura lili Metsola f’din il-kariga tant improtanti fil-Parlament Ewropew.

Sport