Sunday, November 24, 2024

RITRATTI: Bastiment tal-gwerra Amerikan jidħol fil-Port il-Kbir

Aqra wkoll

Il-USS Ross (DDG 71) reġa’ lura fil-Port il-Kbir ilbieraħ wara 18-il sena mill-aħħar żjara f’pajjiżna.

U.S Chargé d’Affaires Gwendolyn “Wendy” Green laqgħet il-wasla tal-USS Ross u se tiffaċilita diversi tours tal-bastiment, kif ukoll opportunitajiet għall-uffiċjali u l-ekwipaġġ biex igawdu l-wirt kulturali u storiku ta’ Malta. “Wara l-isfidi tal-pandemija, aħna ferħanin li għal darb’oħra naraw ir-ritorn tal-vapuri tal-Istati Uniti fil-Port il-Kbir ta’ Malta,” qalet. “Dawn il-vapuri huma dimostrazzjoni viżwali tal-qawwa tas-sħubija tagħna fil-Mediterran.”

L-USS Ross (DDG 71) huwa l-21 destroyer tal-missili ggwidati tal-klassi Arleigh Burke u huwa wieħed mill-erba’ destroyers tal-Forzi Navali-Ewropa (FDNF-E) ibbażati fl-Istazzjon Navali ta’ Rota, Spanja.  Il-vapur huwa msemmi għall-Kaptan Donald Kirby Ross, li rċieva l-Midalja tal-Unur tal-Kungress għall-azzjonijiet erojċi tiegħu abbord l-USS Nevada (BB 36) fis-7 ta’ Diċembru, 1941.

Il-Kmandant Scott Jones huwa l-uffiċjal kmandant tal-USS Ross, u ħa l-kmand tal-vapur fid-29 ta’ Lulju 2021.  Huwa attenda l-Università ta’ South Carolina fejn iggradwa b’ baċellerat u ġie kkummissjonat permezz tal-programm NROTC fl-2004.  Kien għalliem għall-programm NROTC ta’ l-Università ta’ Marquette minn Lulju 2008 sa April 2011, fejn kiseb il-grad ta’ master fl-Amministrazzjoni tan-Negozju b’speċjalizzazzjoni fil-Finanzi.

Sport