
Matul il-jum tal-Ħadd żvolġiet attività għall-familja kollha ġewwa ż-żona ta’ San Dimitri, l-Għarb. Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri kien minn ta’ quddiem mhux biss biex iħeġġeġ lil ħaddieħor jattendi, iżda saħansitra attenda flimkien ma’ familtu għall-International Kite & Wind Festival organizzat mill-Kunsill Lokali flimkien mal-Ministeru.

Apparti l-kampanja mill-isbaħ li jaf joffri l-post magħżul, dawk li attendew setgħu jgawdu xena ta’ varjetà ta’ tajr minn 40 organizzazzjoni differenti minn madwar il-pajjiż.
Ma setax jonqos li din l-attività tintlaqgħa tajjeb ħafna minn kulħadd b’mod speċjali miċ-ċkejknin kollha li attendew għal din il-festa ta’ kuluri u karattri fis-smewwiet.