Sunday, December 22, 2024

RITRATTI GRAFIĊI: Tewmin magħqudin minn rashom separati f’operazzjoni ta’ iktar minn 33 siegħa

Aqra wkoll

F’operzzjoni li ħadet iktar minn 33 siegħa kirurgu fir-Renju Unit rnexxielu jsalva l-ħajja ta’ tewmin Brażiljani li twieldu b’imħuħ imdewweb, f’dik li hija meqjusa bħala waħda mill-aktar operazzjonijiet kumplessi fl-istorja tal-mediċina. 

It-tewmin li kienu mwaħħlin ma xulxin minn rashom, Bernardo u Arthur Lima kellhom jgħaddu minn numru ta’ proċeduri li damu sigħat twal wara xulxin fi sptar f’Rio de Janeiro, taħt id-direzzjoni ta’ Noor ul Owase Jeelani, kirurgu pedjatriku tal-Isptar Great Ormond ta’ l-Ingilterra.

It-tewmin, subien ta’ tlieta snin, iffaċċjaw siegħat twal ta’ kirurġija fl-aħħar żewġ proċeduri tagħhom fuqhom li involvew kważi 100 tabib. B’kollox saru seba’ operazzjonijiet wara li l-kirurgi qattgħu xhur jipprovaw diversi tekniki fir-realtà virtwali qabel ma l-kirurġija delikata bdiet b’mod reali.

Ritratti li ttieħdu juru l-aħwa qabel u wara l-kirurġija. F’ritratt minnhom jidhru separati fuq sodda tal-isptar infaxxati u jżommu idejn xulxin.

L-operazzjoni tmexxiet mill-kirurgu Jeelani, flimkien ma’ Dr Gabriel Mufarrej, kap tal-kirurġija pedjatrika fl-Instituto Estadual do Cerebro Paulo Niemeyer.

Il-kirurgu Jeelani ddeskriva l-operazzjoni bħala ‘kisba notevoli’ għall-mediċina u l-kirurġija iżda żied li kollox jiddependi fuq donazzjonijiet pubbliċi biex operazzjonijiet bħal dawn ikomplu jsiru.

Is-separazzjoni b’suċċess ta’ Bernardo u Arthur hija kisba notevoli mit-tim f’Rio u eżempju meraviljuż tax-xogħol ta’ Gemini Untwined.

Bis-separazzjoni tat-tewmin mhux biss ġie provdut futur ġdid għalihom u l-familja tagħhom, imma wkoll turija tal-kapaċitajiet u l-fiduċja tal-kirurġija biex jitkompla xogħol kumpless bħal dan b’suċċess fil-futur.

“Huwa permezz ta’ dan il-proċess ta’ ħidma f’tim u l-bdil tal-għarfien globalment li nistgħu nittamaw li ntejbu r-riżultat għat-tfal u l-familji kollha li jsibu ruħhom f’pożizzjoni diffiċli. Dan huwa possibbli biss permezz ta’ donazzjonijiet ġenerużi minn membri tal-pubbliku.’

L-isptar fejn fejn twettqet l-operazzjoni kien ilu sentejn u nofs jieħu ħsieb it-tewmin u l-kirurġija li saret fuqhom se tkun biddlitilhom ħajjithom għal kollox.

Sentejn u nofs ilu l-ġenituri tas-subien telqu minn darhom fir-reġjun ta’ Roraima lejn Rio de Janeiro biex ifittxu l-għajnuna medika. 

‘Ninsabu ferħanin li l-kirurġija marret daqshekk tajjeb u s-subien u l-familja tagħhom kellhom riżultat daqshekk tajjeb qal il-kirugu Jaleeni.  

Każijiet ta’ tewmin li jitwieldu mwaħħlin ma’ xulxin mir-ras huma magħrufa bħala ‘tewmin craniopagus’.

Il-karità wasslet biex is-separazzjoni ta’ Bernardo u Arthur kienet waħda mill-aktar proċessi ta’ separazzjoni kumplessi li qatt tlestew u li ħafna kirurgi lanqas biss kienu jaħsbu li se tkun possibbli.

Peress li t-tewmin għandhom kważi erba snin, huma wkoll l-eqdem tewmin craniopagus b’moħħ imdewweb li ġew separati. Iż-żewġ tewmin qed jirkupraw tajjeb fl-isptar, u se jkollhom bżonn sitt xhur ta’ riabilitazzjoni.

Skont iċ-ċifri ta’ Gemini Untwined, wieħed minn kull 60,000 twelid jirriżulta f’tewmin conjoined, u 5% biss minn dawn huma craniopagus.

Ekonomija

Sport