Ritratti: The Guardian
Fl-aħħar sigħat ingħata l-aħħar tislima George Floyd li ngħata l-aħħar tislima fil-knisja Fountain of Praise f’Houston f’Texas.
Fil-funeral tiegħu huwa kien imfakkar bħala missier, atleta u għalliem li bil-mewt tiegħu qajjem kuxjenza globali dwar il-preġudizzji razzjali. Ħuh Rodney fid-diskors tiegħu qal li kulħadd se jibqa’ jiftakru u li ħuh kien se jibdel id-dinja. Il-katavru ta’ Floyd ittieħed lura lejn raħal twelidu.
Fi New York uħud min-negozjanti waqfu tmien minuti u 46 sekonda biex jimmarkaw il-ħin li l-uffiċjal Derek Chauvin deher bi rkopptu fuq għonq Floyd qabel miet.







