Sirjan ta’ 25 sena tilef ħajtu wara li għall-ħabta tat-8:00 a. M kien involut f’inċident fuq il-post tax-xogħol fi Triq il-Gallina fil-Kappara, limiti ta’ San Ġwann.

Minn informazzjoni li għandu dan is-sit iż-żagħżugħ kien qed ikaħħal meta għal xi raġuni waqa’ minn għoli ta’ madwar żewġ sulari.

Fil-post issejħu ambulanza u tim mediku biex jassistu liż-żagħżugħ iżda sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Noel Bartolo li ħatar numru ta’ esperti biex jassistuh.
