Sunday, December 22, 2024

RITRATTI: Investigat ħruq ta’ ħanut tal-pastizzi fil-Mosta

Aqra wkoll

Tinsab għaddejja investigazzjoni b’rabta ma’ nirien li ħakmu ħanut tal-pastizzi fi Triq il-Kostituzzjoni fil-Mosta.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2:00 a.m fejn il-Pulizija daħlitilha informazzjoni li kien hemm faċċata ta’ ħanut li kienet inħakmet min-nirien

Fil-post issejħu minnufih diversi pumpiera mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex setgħu jitfu l-istess nirien.

Fil-ħin tal-inċident il-ħanut kien magħluq u kelliem għall-Pulizija kkonferma magħna li fortunatament ħadd ma ndarab. Intant huwa qalilna li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, biex tiġi stabbilita l-kawża tan-nirien.

Huwa mifhum li l-Pulizija se tkun qiegħda tanalizza filmati ta’ CCTVs li hemm fl-inħawi biex jgħinuha f’dawn l-investigazzjonijiet. Esperti Forensiċi jinsabu fuq is-sit biex ikunu jistgħu jiġbru aktar evidenza b’rabta mal-każ.

Ekonomija

Sport