Il-fotografu ta’ dan is-sit, Roger Azzopardi, żar diversi lokalitajiet fosthom il-Ħamrun, Buġibba, il-Marsa, il-Mosta, in-Naxxar, ir-Rabat (Malta), San Ġwann, San Pawl il-Baħar, is-Siġġiewi, Tas-Sliema kif ukoll il-Belt Valletta u mil-lenti tiegħu irnexxielu jiġbed l-isbuħija ta’ tiżjin li hemm armat fit-toroq ta’ pajjiżna.
Għal darba oħra, proprju fix-xahar tal-Milied, it-toroq Maltin huma mżewqa b’kuluri kuntrastanti li permezz tagħhom joħolqu atmosfera mill-isbaħ u li tferraħ lil bosta nies, speċjalment wara sena daqstant diffiċli. Għal ħafna, hija tradizzjoni li jduru l-irħula Maltin biex japprezzaw il-kuluri jidwu u għal oħrajn dawn l-istess dwal iqanqlu nostalġija.















