Ritratti: ALAN SALIBA
11:45 a.m: Il-Pulizija qet twettaq ħidma maqsuma fuq żewġ toroq, Triq Melita u Triq Sant’ Ubaldeska. Jidher li l-ħidma fi Triq Melita għadha kemm ġiet mitmuma iżda l-pulizija għadhom għaddejjin bl-interoazzjonijiet fit-triq l-oħra msemmija.


11:00 a.m: Sorsi qrib inewsmalta kkonfermawlna li l-pulizija ilha ssegwi dan il-post u l-attività relatata għal diversi ġimgħat.

10:15 a.m: Bħalissa fi Triq Melita f’Raħal Ġdid, pulizija mill-Ispecial Intervention Unit u mit-Taqsima ta’ Kontra d-Droga jinsabu għadejjin b’rejd ġewwa propjetà privata.

Fil-post hemm numru ta’ vetturi u għadd ta’ uffiċjali tal-Pulizija b’wiċċhom mgħammad biex jintervjenu f’dak li jidher li hu rejd relatat mad-droga.
Jidher ukoll li l-imsemmija triq ingħalqet għall-pubbliku.
Aktar informazzjoni kif taslilna…





