Bħalissa qiegħda tinstema’ kawża ta’ libell li Depp fetaħ fil-konfront ta’ The Sun wara li din laqmitu “wife beater”
Fit-tieni ġurnata mill-kawża ta’ libell li l-attur famuż Johnny Depp fetaħ fil-konfront tal-gazzetta Ingliża The Sun, wara li din laqmitu “wife beater”, tressqet evidenza xokkanti dwar il-ħajja li Depp kien qiegħed jgħix.
Fil-Qorti, l-eks-mara ta’ Depp, l-attriċi Amber Heard, ippreżentat numru ta’ ritratti li juru lil Depp mitlub minn sensih mal-art u mejda b’erba linjii ta’ kokaina, tazza mimlija bil-whiskey u kaxxa tal-pilloli. Dawn ir-ritratti ttieħdu fl-2013, qabel mal-koppja kellhom ġlieda kerha. Skont ma dak li qiegħed jinstema’ fil-Qorti, dawn il-ġlidiet kienu komuni fil-ħajja ta’ kuljum ta’ Depp u Heard.
Heard ippreżentat ukoll ritratti tagħha li juru dbenġil li Depp kien ta’ spiss iħalli fuqha f’waħda mill-ħafna ġlidiet u argumenti li kien ikollhom.
Huwa mistenni li dan il-każ idum jinstema’ tliet ġimgħat, b’aktar ċelebritajiet se jkunu qed jixhdu f’din il-kawża.