Saturday, November 9, 2024

RITRATTI: Vandaliżmu b’messaġġi li l-Coronavirus ma jeżistix

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Miktub minn CARMEN CACHIA

F’żona partikolari f’Bugibba hemm għadd ta’ graffiti li juru kitba – il-“Covid-19 ma jeżistix” u ftit ‘il bogħod hemm ieħor li jinstiga lin-nies biex ma jitlaqqmux kontra l-pandemija b’messaġġ li jgħid – “No Vaccine”.

Mill-graffiti wieħed jinnota li wisq probabbli dawn saru mill-istess bott spray ta’ kulur jgħajjat blu u possibbilment mill-istess vandalu minħabba li l-kalegrafija wżata hija komuni f’kull każ.

Dan is-sentiment anti-Covid-19, jew teorija ta’ konspirazzjoni li l-virus ma jeżistix u huwa biss gidba politika għal finijiet ekonomiċi, m’huwiex f’Malta biss. Fil-fatt, numru konsiderevoli ta’ nies minn madwar id-dinja, jemmnu li fil-verità, m’aħniex attakkati mill-Coronavirus. 

Din it-tip ta’ kampanja b’informazzjoni qarrieqa qiegħda tinxtered anke fuq il-midja soċjali fejn f’xi każi wasslet għal konsegwenzi koroh, fosthom anke mwiet. Dawk il-persuni li jemmnu li m’hemmx it-theddida għal ħajjithom mill-Covid-19 qegħdin jagħżlu li ma jilbsux maskri u ma jsegwux miżuri oħra maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa b’detriment għalihom u għal dawk ta’ madwarhom, kif ukoll jirrifjutaw li jingħataw trattament fl-isptarijiet għall-infezzjoni li jkollhom mill-istess virus.

F’pajjiżna din it-teorija ta’ konspirazzjoni mhix daqstant komuni għajr xi komunitajiet partikolari. 

Il-Covid-19, il-virus oriġina fiċ-Ċina u nfirex f’pandemija globali f’Marzu li għadda, s’issa infetta aktar minn 81 miljun persuna u qatel 1,773,719. Dawk in-nies li mardu bil-Covid-19 u aktar u aktar dawk li tilfu ħajjithom kontra dan l-għadu inviżibbli, żgur li jafu kemm il-Covid-19 huwa reali u la l-vandaliżmu m’hu tajjeb u lanqas li titwassal informazzjoni qarrieqa li tista’ tiswa l-ħajja jew saħħet ħaddieħor. 

Sport