Friday, September 20, 2024

River Plate mhux interessati f’Edinson Cavani

Aqra wkoll

Id-direttur tal-football ta’ River Plate, Enzo Francescoli, ċaħad rapporti li jorbtu t-team tiegħu b’offerta fis-sajf għal Edinson Cavani.

L-attakkant ta’ Manchester United għandu jsir free agent fi tmiem l-istaġun u mhux mistenni li jestendi l-waqfa tiegħu f’Old Trafford għal sena oħra.

Ritorn lejn l-Amerika t’Isfel kien wieħed miftiehem għal Cavani, b’rapporti jsostnu li River Plate kienu ppjanaw li jiffirmaw lill-internazzjonali Urugwajan biex jissostitwixxi Julian Alvarez li mistenni jingħaqad ma’ Manchester City.

Madankollu, Francescoli ċaħad kull spekulazzjoni rigward dan u qal li: “Qatt ma tkellimt ma’ Cavani. Ma kien hemm l-ebda negozjati.”

Cavani huwa maħsub li qed iżomm għal trasferiment fil-La Liga għall-istaġun 2022-23, bil-player ta’ 35 sena jemmen li għad għandu x’joffri fl-ogħla livell tal-football mondjali.

L-ex attakkant ta’ Paris Saint-Germain skorja 19-il goal u pprovda seba’ assists f’54 logħba għal Manchester United iżda għamel biss 15-il dehra waqt l-istaġun 2021-22 li kien ikkaratterizzat minn injury.

Sport