Il-Gvern ta’ Robert Abela, sa mill-ewwel jiem tiegħu sitt snin ilu, imbarka fuq il-proġett tal-ġustizzja soċjali, li ma tħalli lil ħadd jaqa’ lura rrispettivament mill-istatus soċjali tal-persuna. Dan il-proġett filwaqt li kompla fuq dak li kien diġà nbena, żied oħrajn li ħallew effetti pożittivi fuq il-benesseri tas-soċjetà kollha mill-kbir saż-żgħir.
Ir-rivoluzzjoni soċjali li seħħet f’pajjiżna kienet mibnija fuq it-tisħiħ tal-familja u hekk insibu żidiet kontinwi u f’kull Budget, minn sena għal oħra, fil-pensjonijiet ta’ kull xorta u fl-għajnuniet soċjali. U dan kollu, mhux biss li fl-istess waqt ma żdiedu jew ġew introdotti ebda taxxi, imma komplew is-sussidji fuq il-prezzijiet tal-prodotti tal-enerġija li influwenzaw ’l isfel l-inflazzjoni tal-prezzijiet.
Iżda għall-Prim Ministtru Robert Abela u l-gvern tiegħu, il-qasam soċjali mhuwiex biss iż-żidiet u t-titjib fil-benefiċċji soċjali, fl-edukazzjoni u fis-saħħa imma wkoll jinkwadra t-tħaris tal-ambjent fiżiku u naturali. Huwa għalhekk li f’dawn l-aħħar snin rajna jiżdiedu u jiġu ġġenerati b’mod sinifikanti l-ispazji ħodor u miftuħa għat-tgawdija tal-familji Maltin.
Mhux biss imma wkoll ittieħdu iniżjattivi bil-għan aħħari li titjieb il-kwalitàa tal-arja u jonqos it-tniġġiż fl-atmosfera fosthom permezz tas-‘shore to ship’ fejn il-bastimenti li jidħlu fil-portijiet tagħna jitfu l-magni u jieħdu l-ħtiġijiet elettriċi tagħhom minn fuq l-art.
Dawn flimkien ma’ miżuri ta’ enerġija rinovabbli, immirati biex pajjiżna jilħaq il-miri ambjentali fis-snin li ġejjin.



