Manchester City qablu ftehim ta’ £30 miljun mal-club tas-Saudi Pro League (SPL), Al-Ahly, biex jiffirmaw lill-winger tal-Alġerija, Riyad Mahrez.
Il-player ta’ 32 sena ngħata permess biex ma jingħaqadx fil-vjaġġ tas-City ta’ qabel l-istaġun lejn il-Ġappun u l-Korea t’Isfel.
Dan kien diġà ġie miftiehem sakemm is-City irċevew offerta li taqbel mal-istima tagħhom ta’ Mahrez, li kien fadallu sentejn oħra fil-kuntratt.
Il-Blues ħallsu £60 miljun għal Mahrez fl-2018 u huwa skorja 15-il goal f’47 logħba fl-istaġun tar-rebħ tat-Treble.
Madankollu, huwa kien sostitut mhux użat kemm fil-finali tal-FA Cup kif ukoll f’dik taċ-Champions League u l-manager Pep Guardiola għażel li jħallih jingħaqad mal-lista ta’ rekluti ta’ isem kbir fl-SPL dan is-sajf.
Mahrez huwa l-uniku player anzjan li tilef il-vjaġġ tas-City lejn l-Asja.
Il-futur tad-difensur Ingliż, Kyle Walker, il-midfielder tal-Portugall Bernardo Silva u d-difensur ta’ Spanja, Aymeric Laporte, kollha kienu s-suġġett ta’ spekulazzjoni dan is-sajf.
Madankollu, it-tlieta li huma jinsabu fl-iskwadra li se tivvjaġġa ta’ Guardiola għal-logħob ta’ qabel l-istaġun.
Rapporti fil-Ġermanja ssuġġerew li Bayern Munich qablu dwar ftehim għal Walker, iżda huwa maħsub li dawn huma kollha ‘l bogħod mill-veritá.
Id-difensur tal-Portugall, Joao Cancelo, huwa wkoll parti mill-iskwadra tas-City wara li Bayern għażlu li jibagħtuh lura wara self ta’ sitt xhur.
Il-goalkeeper Amerikan, Zach Steffen, huwa nieqes b’injury f’irkopptu għalkemm is-City huma miftuħa għall-idea li dan is- sajf jiġi trasferit.