Il-boxer Maltija Gail Diacono rnexxielha tikseb riżultati sbieħ, hekk kif għaddiet għall-finali tal-Kampjonat Ewropew tal-Boxing Under 22 kategorija 63Kg, kampjonat li qed isir f’Budva l-Montenegro.
Gail irnexxielha tagħmel dan, wara li f’kompetizzjoni li saret illum għelbet lil boxer mill-Armenja Sona Harutyunyan. Bir-rebħa tal-lum Diacono tinsab ċerta minn midalja tal-fidda, u issa se tkun qed timmira wkoll għad-deheb fil-finali li se ssir nhar il-Ħadd li ġej.
Fil-Kampjonat Ewropew U22 fil-Montenegro Gail Diacono qed tkun akkumpanjata mill-kowċ tagħha Roland Sammut u l-Head Coach tal-Federazzjoni Maltija tal-Boxing Gabriele Martelli.