Sunday, October 27, 2024

Riżultat kiefer għal Ħamrun S. f’partita mimlija inċidenti

Hamrun S - 0 Maccabi Haifa - 4

Aqra wkoll

Ħamrun S.: 22-Federico Marchetti, 28-Juan Carlos Corbalan (10-Joseph Mbong 70), 4-Steve Borg, 94-Ryan Camenzuli, 42-Nemanja Krstic (25-Eder 63), 91-Emerson Marcelina, 27-Ognjen Bjelicic, 12-Roko Prsa, 98-Jonny (7-Luke Montebello 70), 23-Uros Djuranovic, 14-Elionay Freitas da Silva (17-Julian Nenov 63) Coach: Luciano Zauri

Maccabi Haifa: 16-Itamar Nitzan, 2-Daniel Sundgren, 30-Abdoulaye Seck, 3-Sean Goldberg, 91-Dia Saba (25-Anan Khalaili 68), 18-Goni Naor, 4-Ali Mohamed (26-Mahmoud Jaber 68), 10-Tjaronn Chery, 27-Pierre Cornud, 21-Dean David (11-Lior Refaelov 54), 9-Frantzdy Pierrot (19-Erik Shuranov 68) Coach: M. Dego

Referee: Donald Robertson (Skozja)
Ass. Referees: Graeme Stewart, Ross MacLeod (Skozja)
Raba’ Uffiċjal: Kevin Clancy (Skozja)
Skorers: F. Pierrot 41, 57, D. David 48, A. Khalaili 79 (M)
Ammoniti: S. Borg, U. Djurnaovic (H)

F’partita mimlija drama li rat diversi inċidenti fl-istands u fil-fatt kellha titwaqqaf għall-ħin konsiderevoli, Hamrun Spartans sfaw megħluba minn Maccabi Haifa bl-iskor kbir ta’ 4-0, b’dan ir-riżultat jista’ jitqies bħala wieħed kiefer għall-Ispartans.

Kien biss fl-20 minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota fil-partita, b’Hamrun ikunu huma li joħolqu l-periklu meta Jonny kellu konklużjoni kuraġġuża minn barra l-kaxxa salvata f’corner bi bravura mill-goalkeeper ta’ Maccabi Haifa, Itamar Nitzan.

Il-partita kellha tieqaf għal kważi sitt minuti minħabba li ntefgħu xi flares fil-pitch mill-partitarji ta’ Maccabi Haifa, bir-referee Skoċċiż Donald Robertson, jaċċerta li kollox kien sigur qabel setgħet titkompla l-partita.

Maccabi Haifa fetħu l-iskor fil-41 minuta meta minn corner mogħti minn D. Saba kien hemm loose marking assolut mid-difiża tal-Ispartans u FRANTSDY PIERROT minn taħt il-lasta antiċipa għal kollox lill-captian Steve Borg u permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.

U jidher li huma ma kinux kuntenti b’dan l-iskor hekk kif fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima, l-Iżraeliti rduppjaw l-iskor meta l-captain Tyaronn Chery għadda tajjeb lejn DEAN DAVID li kkontrolla l-ballun qabel b’xutt angolat tefa’ l-ballun wara l-goalkeeper ta’ hamrun Spartans, Federico Marchetti.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Hamrun, ħarġu ferm aggressivi u fl-54 minuta Ognjen Bjelicic ittanta xortih permezz ta’ xutt mill-ewwel mid-distanza li iżda stampa mal-mimduda.

Iżda sfortunatament, inqala’ diversi inkwiet bejn il-partitarji bil-partita jkollha tiġi mwaqqfa. Dan wara li l-partitarji ta’ Maccabi Haifa tefgħu flares fid-direzzjoni ta’ partitarji ta’ Hamtun Spartans. Il-partita waqqfet għal madwar nofsiegħa, biż-żewġ settijiet ta’ players jidħlu fid-dressing room.

U din il-waqfa xejn m’għamlet tajjeb għal Hamrun hekk kif tilfu mir-ritmu li kienu għaddejjin bih u fis-57 minuta sofrew it-tielet goal meta Abdoulaye Seck bir-ras għadda tajjeb lejn FRANTSDY PIERROT li b’daqqa ta’ ras oħra minn taħt il-lasta ħalla lil Marchetti perpless.

U biex l-affarijiet ikomplu ġejjin ħażin għall-Ispartans, huma sofrew ir-raba’ goal u d-daqqa mortali fid-79 meta Ryan Camenżuli kellu back-pass erratiku li minna approfitta bis-sħiħ, ANAN KHALAILI, li permezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.

Sport