Sunday, April 12, 2026

Riżultat storiku għat-tim nazzjonali Malti tal-futsal

Aqra wkoll

Riżultat storiku għat-tim nazzjonali Malti tal-futsal hekk kif għal ewwel darba fl-istorja Malta rebħet logħba ta’ kwalifikazzjoni mondjali.

It-tim nazzjonali Malti tal-Futsal rebaħ l-aħħar partita tiegħu fir-rawnd preliminari tat-Tazza tad-Dinja tal-Futsal meta kontra Skozzja rebaħ 4-3.

Il-goal tar-rebħa għal Maltin wasal fl-aħħar minuta tal-konfront grazzi għal Maicon Da Silva Gaiewski. 

Il-bidu għat-tim Malti ma’ kienx tajjeb hekk kif Skozzja marru fil-vantaġġ b’autogoal ta’ Marrwan Telisi iżda ftit wara Nathan Cope ġab id-draw. Reazzjoni tal-avversarji li reġgħu marru fil-vantaġġ permezz ta’ Kai Lawless iżda t-tim Malti baqgħa kompost u Celino Alves għamilhom 2 – 2. 

Chris Angus, mal-bidu tat-tieni taqsima għamel l-iskor 3 – 2 favur Skozzja iżda lejn it-tmiem Telisi għamel l-iskor 3 – 3. Kollox deher li l-logħba se tispiċċa fid-draw iżda Maicon Da Silva Gaiewski kien l-eroj tal-Maltin bil-goal tar-rebħa.

F’dan ir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni Malta tilfet l-ewwel żewġ partiti kontra d-Danimarka u Andorra rispettivament.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport