Floriana …….2
Mosta ……….2
Minn Cristian Muscat
F’partita li kienet karatterizzata minn xejn inqas minn tliet penalties, Floriana u Mosta temmew fi draw ta’ 2-2 biex ħadu punt kull wieħed.
Il-Mostin kellhom bidu tajjeb meta wara biss disa’ minuti huma ngħataw penalty meta minn free-kick ta’ Clayton Failla, Carlo Zammit Lonardelli deher imiss il-ballun b’idu fil-kaxxa u mill-11-il metru l-istess player spara l-ballun fis-saqaf tax-xibka.
Floriana wieġbu għall-ewwel darba minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima meta Franklin Sasere kellu daqqa ta ras pjuttost fjakka.
Il-pressjoni kienet kollha fuq Floriana u fit-52 minuta resqu viċin id-draw meta Matias Nicolas Garcia xeħet cross lejn Jose Fernando Gomes Junior li kellu d-daqqa ta’ ras tintemm barra.
Iżda tliet minuti wara Mosta resqu ferm viċin li jirduppjaw meta Stephen Chiemezie avvanza tajjeb u permezz ta’ lob delizzjuż il-ballun stampa mal-mimduda.
Il-partita kompliet tisbieħ u mas-siegħa logħob Floriana meritatament kisbu d-draw meta DUNSTAN VELLA kellu xutt minn tarf il-kaxxa li ntemm fir-rokna tax-xibka.
Id-drama kompliet tikber u żewġ minuti biss wara Mosta rebħu t-tieni penalty meta Julian Gonzalo Gamarra waqqa’ lil Prince Afriyie fil-kaxxa. Mill-11-il metru reġa’ nkariga ruħu CLAYTON FAILLA li permezz ta’ xutt b’saħħtu u ċentrali tefa’ ġewwa.
Floriana wettqu reazzjoni tajba u fil-75 minuta, xutt ta’ Fernandinho minn barra l-kaxxa għadda għoli.
Huma komplew jippressaw u fis-87 minuta ngħataw penalty meta s-sostitut James Arthur waqqa’ lil Dunstan Vella fil-kaxxa. Mill-11-il metru inkariga ruħu FRANKLIN SASERE li ma żbaljax.
L-emozzjonijiet komplew jikbru u fid-90 minuta Floriana reġgħu appellaw għall-penalty meta Fernandinho deher allegatament jitwaqqa’ fil-kaxxa minn player ta’ Mosta iżda r-referee Ezekiel Barbara ħalla l-logħob għaddej.
FLoriana: 45-Christoffer Mafoumbi, 4-Oualid El Hasni, 8-Jake Grech, 10-Agustin Sotomayor, 12-Dunstan Vella (9-Elvis Mashike Sukise 60), 20-Matias Nicolas Garcia (14-Jork Eblin Portocarrero 75), 21-Carlo Zammit Lonardelli, 25-Julian Gonzalo Gamarra (77-Aleandro Garzia 75), 27-Franklin Sasere, 55-Alexandros Kouro (94-Jose Fernando Gomes Junior 36), 79-Guy Serge Cedric Yameogo – Coach: Darren Abdilla
Mosta: 1-Jorgen Demba, 3-Matthew Bolanos Garcia, 4-Prince Afriyie, 7-Jamie Scerri, 8-Junior Eke Chukwuemeka, 10-Giancarlo Goncalves (20-Salomo Sakari Ojala 88), 13-Clayton Failla, 21-Nathan Agius (23-Joshua Agyemang 64), 29-Stephen Chiemezie (6-James Arthur 64), 31-Joao Victor Teixieira, 96-Konstantinos Lampsias (16-Gianluca Sciberras 46) – Coach: Joseph Grech
REFEREE: Ezekiel Barbara
ASS. REFEREES: Duncan Sultana, Kurt Saliba
RABA’ UFF: Alex Johnson
SKORERS: C. Failla pen. 10, pen. 62 (M), D. Vella 60, F. Sasere pen. 87 (F)
AMMONITI: C. Zammit Lonardelli, D. Vella (F), S. Chiemezie, J. E. Chukwuemeka (M)