Thursday, June 19, 2025

Riżultati pożittivi għat-timijiet tal-hockey f’logħbiet internazzjonali ta’ ħbiberija

Aqra wkoll

Diversi timijiet Maltin tal-hockey għaddejjin b’logħbiet ta’ ħbiberija internazzjonali hekk kif xi timijiet barranin jinsabu fostna għall-kamp ta’ taħriġ.

It-tim nazzjonali Malti tal-irġiel lagħab kontra University College of London u spiċċaw fi draw ta’ 3-3. L-eroj għall-Maltin kien Luke Bajada li kien awtur ta’ tripletta.

Kien hemm ukoll it-tim nazzjonali tan-nisa li lagħab kontra t-tim femminili iżda tilef 4-2 b’Nicole Zammit tiskorja ż-żewġ gowls tal-Maltin.

Qormi Daikin kienu involuti kontra t-Taljani ta’ SSD Unime u kisbu rebħa kbira ta’ 8-0. Lucas Brincat skorja tliet gowls, Luke Bajada wettaq doppjetta filwaqt li Julian Zahra, Bikrambir Sandhu u Steve Tanti żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom.

Anke GREE Żurrieq Wolves Hotsticks lagħbu kontra l-istess oppożizzjoni Taljani u spiċċaw fi draw ta’ 2-2.

SSD Unime kienu involuti wkoll bit-tim ta’ taħt is-16-il sena fejn tilfu ż-żewġ logħbiet kontra l-istess kategorija ta’ Marsaskala 6-2 u Qormi 4-2.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport