Monday, December 9, 2024

Riżultati rekord għall-HSBC fl-2023

Aqra wkoll

Il-bank HSBC Malta kiseb riżultati rekord tul l-2023 kif ukoll iddikjara l-ogħla dividend f’għaxar snin u aċċellera l-pjan ta’ investiment.

Dan tħabbar fi stqarrija li l-bank ħarġet matul il-jum tal-Erbgħa fejn spjega li l-bank għamel tkabbir qawwi fid-dħul tat-tliet negozji globali tiegħu. Il-Bank qal li fl-aħħar sena dawn ir-riżultati kienu appoġġjati minn żieda fid-dħul nett mill-imgħax, li ppermettewlu jwassal l-aħjar riżultati fuq l-ekwità f’aktar minn għaxar snin.

Il-qligħ qabel it-taxxa kien ta’ aktar minn 133 miljun ewro u dan ifisser żieda ta’ aktar minn 78 miljun ewro.

Il-bank fl-istqarrija qal li żamm politika ta’ kreditu prudenti biex jiżgura sostenibbiltà fit-tul tal-proposta tas-servizz tiegħu, fl-istess waqt li jagħtu valur lill-azzjonisti tiegħu.

Id-depożiti tal-klijenti żdiedu bi 3%.

Ekonomija

Sport