Tuesday, March 17, 2026

Riżultati straordinarji għat-tim nazzjonali Malti tal-Weightlifting fil-Kampjonati Ewropej tan-Nazzjonijiet Żgħar fl-Islanda

Aqra wkoll

Fi tmiem il-Gimgha, it-tim Nazzjonali Malti tal-Weightlifting ikkompetta  fil-Kampjonati Ewropej tan-Nazzjonijiet Żgħar fl-Islanda, fejn kiseb riżultati eċċellenti b’total ta’ 9 midalji u diversi rekords nazzjonali ġodda.

L-ewwel atleta ghal Malta kienet Kim Camilleri Lagana, bi prestazzjoni mil-aqwa fil-kategorija ta’ 53kg, hi kisbet l-aħjar total personali tagħha ta’ 167kg u rebħet l-ewwel post fil-kategorija Junior Femminili, qabel l-Islanda u Ċipru.

It-tim tal-Irġiel Juniors imbagħad kiseb rizultati storiku meta t-tliet atleti Maltin ħadu t-tliet postijiet tal-podju.

Rylee Borg rebaħ l-ewwel post b’total ta’ 278kg u 339 punt segwit minn Nathan Mifsud fit-tieni post b’222kg u 331 punt u Luke Stefan Micallef fit-tielet post b’213kg u 310 punt.

Mifsud stabbilixxa wkoll żewġ rekords nazzjonali ġodda fil-kategorija Youth 65kg:

• 122kg fil-Clean & Jerk

• 222kg fit-Total, li issa huwa rekord nazzjonali fit-total għall-kategoriji kollha sa Seniors minkeja li ghad ghandu biss 16-il sena.

Luke Stefan Micallef ukoll kellu debutt eċċellenti f’dan it-turnew. Fil-kategorija ta’ 65kg, huwa stabbilixxa rekord ġdid ta’ 123kg fil-Clean & Jerk kemm fil-kategorija Junior kif ukoll fil-Senior.

Aktar midalji waslu fil-Junior Doubles, fejn Rylee Borg u Kim Camilleri Lagana spiccaw wkoll fil-quccata fuq il-podju.

Fil-kategorija Senior tan-Nisa, Tenishia Thornton u Roberta Tabone taw prestazzjonijiet b’saħħithom. Thornton refet total ta’ 201kg, u spiċċat biss ftit kilogrammi wara l-Islanda, filwaqt li Tabone kisbet total ta’ 192kg. fis-senior Women’s Doubles, Malta kisbet il-midalja tal-fidda, b’Islanda fl-ewwel post u Ċipru fit-tielet.

Fis-Senior Men’s Doubles, Rylee Borg u Nathan Mifsud ukoll rebħu midalja tal-fidda, wara Ċipru, bl-Islanda tispiċċa fit-tielet post.

Din il-parteċipazzjoni u dawn ir-riżultati setgħu jkunu possibbli bis-saħħa tal-appoġġ ta’ SportMalta u l-Kumitat Olimpiku Malti, li jkomplu jappoġġjaw l-iżvilupp tal-isport u tal-atleti Maltin fuq livell internazzjonali.

Dan kien tmiem il-ġimgħa tassew memorabbli għall-weightlifting Malti li ghalkem kellu l-izghar Tim fl-istorja tal-kompetizzjoni, l-atleti zghazagh rebhu midalji fil-kategoriji tal-kbar. Dan huwa xhieda   tal-progress u s-saħħa tat-tim nazzjonali fuq livell internazzjonali.

L-impenn li jmiss ghat tim Malti se jkun fil-Malta International Open li ser tigi organizzata f’pajjizna fit-28 u 29 ta’ Marzu. Din ser isservi ta’ preparazjoni ghal Kampjonati Ewropej fejn l-atleti Maltin se jkunu qed jirsistu biex jiksbu kwalifikazjoni ghal-loghob tal-Commonwealth u tal- Mediterran

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport