Il-kantant magħruf Robbie Williams ressaq ismu biex jipparteċipa għall-Eurovision tas-sena dieħla. Żvela dan il-kantant stess fl-istess waqt li ħabbar li se joħroġ album ġdid.
Wara s-suċċess li kellu Sam Ryder f’Mejju li għadda meta fil-finali tal-Eurovision ġie fit-tieni post minn 25 pajjiż, Robbie Williams issa jidher li huwa mħajjar jittanta xortih.
Huwa qal li minn dejjem kien isegwi l-Eurovision. “Huwa verament sempliċi. B’diska tajba u b’xi ħadd tajjeb li jkantaha, tmur tajjeb żgur. Jekk ma jkollokx dawn iż-żewġ affarijiet, niġu l-aħħar u nibqgħu bla punti”.