![](https://talk.mt/wp-content/uploads/2024/06/Screenshot-2024-06-06-at-06.18.14.png)
Kompliet tikkarga l-kampanja elettorali għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew bi ftit tal-jiem qabel appuntament elettorali ieħor jidher li l-Partit Laburista kompla jżomm ix-xejra fit-tisħiħ t’appoġġ u jżid il-vantaġġi li kellu fuq il-partit Nazzjonalista.
Skont stħarriġ ta’ Dott. Vincent Marmara, saret domanda dwar il-fiduċja fil-mexxejja tal-partiti, bil-mexxej Laburista Robert Abela jżomm vantaġġ b’saħħtu, hekk kif il-fiduċja fih issa hija ta’ 45.5% imqabbla mal-fiduċja ta’ 25.1% f’Bernard Grech.