Thursday, November 6, 2025

Robert Abela b’viżjoni għall-pajjiż u Alex Borg diġà tilef il-kontroll

Aqra wkoll

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministri Michael Falzon u Owen Bonnici, qalu li fil-Parlament ħarġet kemm Gvern Laburista joffri viżjoni għall-pajjiż, mentri fuq in-naħa l-oħra, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista kompliet bin-negattività.

Il-Ministru Falzon qal li Partit Laburista fil-Gvern għandu politika inklussiva, u bil-Budget għas-sena d-dieħla, qed ikompli jintroduċi miżuri biex ikun ta sostenn għal kulħadd. 

Spjega li minbarra miżuri kbar bħaż-żieda fil-pensjonijiet, it-tnaqqis tat-taxxa lill-familji u għajnuniet oħrajn li jolqtu eluf ta’ nies, il-Gvern ħaseb f’miżuri għal individwi u gruppi żgħar ta’ nies.  Elenka ż-żiediet għall-ġenituri li jadottaw jew jiffosterjaw, l-għajnuna għal min ikun qed jagħmel programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga, u koppji li jirrikorru għall-IVF biex isiru ġenituri.

Il-Ministru Bonnici min-naħa tiegħu qal li matul id-diskors tal-Prim Ministru Robert Abela tal-bieraħ fil-Parlament, id-deputati Nazzjonalisti interrompewh kemm-il darba fil-ħin li kellu allokat.  Spjega li deputat ewlieni tal-PN spiċċa tkeċċa mill-Kamra iktar minn darba, u deputata oħra tal-PN ostakolat ix-xandira meta marret quddiem il-kamera tal-istazzjon nazzjonali waqt li l-Prim Ministru kien qed jispjega l-viżjoni tiegħu għall-pajjiż.

Fost l-oħrajn, il-Prim Ministru ma tħalliex jispjega l-miri tal-Malta Vision 2050 u proġetti oħrajn li se jsiru fl-interess tal-Maltin u Għawdxin. 

B’kuntrast, il-Kap tal-Oppożizzjoni ġurnata qabel irrefera għal 50 xewqa imma meta tisma’ x’inhuma tinduna li jew għamel copy and paste minn ChatGPT, inkella ma ndunax li diġà qed isiru mill-Gvern.

Dan għaliex proposti jkun fihom pjan, strateġija kif se jaħdmu u jkunu costed.

Li offra l-Kap tal-Oppożizzjoni kienu allura xewqat, u mhux proposti.

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport