Sunday, December 22, 2024

Robert Abela fdat 18.2% aktar minn Bernard Grech

Aqra wkoll

Meta applikata l-Multiple Imputation Technique, il-mexxej Laburista Robert Abela huwa fdat 18.2% iżjed minn Bernard Grech. Meta mistoqsija dwar liema mexxej politiku jippreferu li jkun Prim Ministru ta’ Malta, 41.3% għażlu lil Robert Abela, 23.1% wieġbu Bernard Grech. Fl-istess waqt 12.2% wieġbu li ma jafdaw lil ħadd, 9.7% wieġbu ma jafux u 13.6% qalu li jafdaw mexxejja oħra.

Fost il-votanti li vvutaw lill-Partit Laburista fl-Elezzjoni Ġenerali tal-2022, 78.3% qalu li jafdaw l-aktar lil Robert Abela, 1.9% wieġbu Bernard Grech, 8.8% qalu li ma jafdaw lil ħadd, 5.6% qalu li oħrajn, 4.2% wieġbu li ma jafux, 1.3% għażlu li ma jweġbux.

Fost il-votanti li vvutaw lill-Partit Nazzjonalista fl-Elezzjoni Ġenerali tal-2022, 66.5% wieġbu li jafdaw lil Bernard Grech, 2.8% issa jagħżlu lil Robert Abela, 8.4% wieġbu li ma jafdaw lil ħadd, 12.0% jagħżlu oħrajn, 6.7% wieġbu ma jafux u 3.6% għażlu li ma jweġbux.

Dan l-istħarriġ ta’ Dott. Vincent Marmarà għandu kampjun ta’ 1,000 persuna b’margin of error baxx ta’ +/-3.1%

Ekonomija

Sport